Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal qormi qasmu kitba ddedikata lil Brian Pace, ħaddiem assenjat mal-kunsill lokali li sfortunatament ħalla din id-dinja. Huma bdew billi qalu, “maħsuda u xxukkjati bl-aħbar xejn sabiħa tal-mewt ta’ Brian Pace, ħaddiem assenjat mal-Kunsill Lokali.”
Komplew billi żiedu jgħidu wkoll, “nwasslu l-kondoljanzi sinċiera lill-għeżież tiegħu, speċjalment lil ommu, missieru, ħutu u wliedu. Kuraġġ f’dan il-mument ferm diffiċli ħieb.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb kollha ta’ Brian. Kuraġġ f’dan iż-żmien xejn faċli. Jistrieh fis-sliem.
Facebook/Kunsill Lokali Ħal Qormi