Matul it-tmien episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar is-suġġett bit-titlu ‘Il-Kuntatt mill-Erwieħ: Realtà jew Immaġinazzjoni?’ Mhux l-ewwel darba smajna bi stejjer ta’ nies li tilfu xi membru tal-familja jew qarib viċin tagħhom li minkejja miet, dan xorta waħda dan jibqa’ f’kuntatt magħhom. Din realtà jew hija xi ħaġa frott l-immaġinazzjoni tal-bniedem?
Bla ma trid iqumu żewġ mistoqsijiet fundamentali. Kif jista’ jkun li l-ispirti jikkomunikaw magħna? Jekk dawn jikkomunikaw magħna b’liema mod jikkomunikaw magħna? Matul l-programm l-Inspjegabbli ser nitkellmu dwar dan is-suġġett mal-ispirtwalista Paul Jon. Barra minn hekk, se jkollna wkoll intervista ma’ Sam Selby li hija Psychic Medium. Bħala dejjem fil-programm ninkludu wkoll filmati ferm interessanti dwar is-suġġett diskuss.
L-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+. Tistgħu wkoll issegwu programmi li xxanddru qabel billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.