Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi żammew lis-segwaċi aġġornati b’aktar mill-ħidma li qed titwettaq.
Huma qalu, “Il-kuntrattur tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi ħa ħsieb li jwettaq xogħol ta’ tindif f’Wied is-Sewda, quddiem il-Picnic Area. Matul dawn ix-xogħlijiet tneħħew ħaxix selvaġġ, friegħi u veġetazzjoni żejda li kienu akkumulaw fiż-żona, sabiex l-inħawi jinżammu aktar nodfa u ordinati.”
Żiedu jgħidu, “Il-Kunsill Lokali jibqa’ impenjat li jieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-indafa tal-ispazji pubbliċi, għal ambjent aktar nadif u sigur għall-benefiċċju ta’ kulħadd.”