Bħalissa l-Unjoni Ewropea qed taħdem sabiex issaħħaħ id-drittijiet tan-nies bħala passiġġiera meta jsiefru bl-ajru.
Fost oħrajn, ġie mħabbar li qed isiru l-isforzi meħtieġa sabiex il-passiġġieri jitħallew itellgħu bagalja tas-7kg b’xejn magħhom.
Hemm propost ukoll sabiex tfal taħt l-età ta’ 12-il sena jitħallew ipoġġu dejjem maġenb il-ġenituri tagħhom mingħajr il-ħtieġa tal-ebda ħlas żejjed.
Qed tissemma wkoll il-possibbiltà li l-linji tal-ajru jkunu kostretti jippermettu lill-klijenti tagħhom jikkanċellaw titjira sa massimu ta’ 48 siegħa wara li jkunu bbukjawha.
Intom taqblu ma’ dawn il-proposti?
Sors: Parlament Ewropew
Ritratti: Single Parents Holiday u NASA Glenn Research Centre