“Il-Maħbub Charles Stroud Għadu Jaghmel Il-Ġid Fostna … B’Għotjiet Ġenerużi F’Ġieħ Il-Memorja Tiegħu …” – Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja tal-mibki Charles Stroud li ħalliena riċentament. Saru xi għotjiet ġenerużi f’ġieħ il-memorja tiegħu u nġabret somma sabiħa għal Puttinu Cares.

Huma qalu, “Il-maħbub Charles Stroud għadu jaghmel il-ġid fostna. B’għotjiet ġenerużi f’ġieħ il-memorja tiegħu, €3,860 inġabru għal Puttinu Cares.”

Żiedu jgħidu, “Grazzi mill-qalb lill-familja, qraba u ħbieb li kkontribwew. Inżommu lil Charles bħala eżempju ħaj ta’ ġenerożità, intelliġenza u talenti li ħallew marka kbira fuq kulħadd.”

Prosit kbira lil dawk kollha li taw kontributt.

Jistrieh fis-sliem.

Facebook/Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI