Bil-Filmat: “Meta Ħadd Ma Emmen Fija… Hi Emmnet” – AIDAN Fuq Kellymni Jitkellem B’Passjoni Dwar Ommu

Aidan huwa wieħed mill-aktar artisti popolari fix-xena mużikali Maltija, iżda wara s-suċċess u l-istil distintiv tiegħu hemm storja personali mimlija sagrifiċċji, determinazzjoni u fuq kollox imħabba, grazzi għas-sapport bla qies ta’ ommu, li għalih hija vera “reġina”.

F’din il-konversazzjoni sinċiera, Aidan jitkellem dwar kif ommu kienet dejjem hemm għalih, speċjalment fi żminijiet meta ħaddieħor ma emminx daqstant fih. Hija investiet fih mhux biss emozzjonalment, iżda anke finanzjarjament, biex tagħtih l-aħjar opportunitajiet possibbli u tgħinu jispikka u jimxi ‘l quddiem.

Huwa jiftaħ qalbu wkoll dwar il-bidu tiegħu fil-kompetizzjonijiet lokali, fejn mhux dejjem sab suċċess li xtaq. Fil-fatt, jirrakkonta kif spiċċa fl-aħħar post fil-Malta Junior Eurovision fl-2015 – mument li seta’ qata’ qalb ħafna, iżda li għalih serva bħala lezzjoni u motivazzjoni biex jaħdem aktar u jkompli jiżviluppa.

Aidan jiddeskrivi l-vjaġġ tiegħu bħala wieħed mimli tlugħ u nżul, fejn kull sfida għamlitu aktar b’saħħtu u determinat li jilħaq il-ħolm tiegħu. Minkejja kollox, dejjem sab il-qawwa biex jibqa’ miexi ’l quddiem, ħafna drabi grazzi għall-appoġġ kontinwu ta’ ommu.

L-istorja tiegħu hija waħda ta’ reżiljenza, passjoni u rabta qawwija bejn omm u iben, tfakkira li wara kull artist hemm nies li emmnu fih mill-bidu. Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida għada se jkun wieħed li ma tridx titlef!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI