Il-Maltemp Iġiegħel Lil Gozo Channel Tibdel Ir-Rotta – Mistenni Dewmien Fit-Traġitti Bejn Malta U Għawdex

Gozo Channel Operations Limited fuq il-mezzi soċjali tagħja ħabbret li minħabba l-maltemp li qed jolqot lill-gżejjer Maltin, il-vapuri qed joperaw permezz tar-rotta ta’ Kemmuna, u għaldaqstant huwa mistenni li jkun hemm dewmien fit-traġitti bejn Malta u Għawdex.

Huma qasmu din l-aħbar permezz tal-mezzi soċjali tal-kumpanija, fejn ġie spjegat li din id-deċiżjoni ttieħdet għal raġunijiet ta’ sigurtà, sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-kundizzjonijiet tal-baħar jistgħu joħolqu kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-ekwipaġġ.

Gozo Channel appellat lill-pubbliku sabiex iżomm ruħu aġġornat permezz tal-kanali uffiċjali tagħhom qabel jippjanaw il-vjaġġ, speċjalment dawk li għandhom appuntamenti jew impenji urġenti. Ġie mfakkar ukoll li d-dewmien jista’ jvarja skont kif jiżviluppaw il-kundizzjonijiet tat-temp matul il-ġurnata.







Ritratti:

Facebook / Gozo Channel Operations Limited

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI