Il-Maltin Lesti Għal FISEC 2025: Tim Żagħżugħ Għal Budapest

Il-kontinġent Malti tal-FISEC mistenni jitlaq lejn Budapest fit-14 ta’ Lulju 2025, fejn se jirrapreżenta lil pajjiżna fil-75 edizzjoni tal-Logħob Internazzjonali tal-FISEC. Din il-kompetizzjoni prestiġjuża se ssir fl-Ungerija, u mistennija tiġbor flimkien ftit inqas minn tmien mitt atleta żagħżugħ/a minn diversi pajjiżi madwar id-dinja kollha, li se jikkompetu f’diversi dixxiplini sportivi.

Il-logħob tal-FISEC ilu jitella’ b’suċċess għal dawn l-aħħar 75 sena, u din l-edizzjoni speċjali se tinkludi kompetizzjonijiet fl-atletika, il-volleyball, il-basketball, it-table tennis, l-għawm u l-futsal. Huwa avveniment li jippromwovi mhux biss l-eċċellenza sportiva, imma wkoll il-ħbiberija, il-valuri Kristjani u l-ispirtu internazzjonali fost iż-żgħażagħ.





Il-kontinġent Malti għal din is-sena jikkonsisti f’75 parteċipant/a, akkumpanjati minn erba’ membri tal-kumitat organizzattiv u sitt coaches dedikati. Iż-żgħażagħ Maltin se jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet ta’ għawm, basketball u atletika, u qed jippreparaw b’determinazzjoni biex jagħtu l-aħjar tagħhom f’dawn id-dixxiplini.

Nawguraw kull suċċess lit-tim Malti tal-FISEC f’dan il-vjaġġ sportiv u formattiv – li mhux biss jirrappreżenta lill-pajjiżna, imma wkoll il-valuri tal-ħidma f’tim, id-dixxiplina u l-għaqda internazzjonali.

Facebook / Fisec Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI