“Il-Mina Ta’ Santa Venera Fid-Direzzjoni Mill-Marsa Ħamrun Bypass Lejn L-Imsida Se Tkun Magħluqa” – Infrastructure Malta

Infrastructure Malta fuq il-mezzi soċjali tagħhom kitbu dwar xogħol li ħa jkun qed isir fil-mini ta’ Santa Venera u b’hekk se jkunu magħluqa.

Huma jiktbu, “Xogħol matul il-lejl: L-Erbgħa u l-Ħamis (20 u 21 ta’ Novembru 2024) kull lejl mid-21:00 sal-5:00, il-mina ta’ Santa Venera fid-direzzjoni mill-Marsa Ħamrun Bypass lejn l-Imsida se tkun magħluqa biex niksu mill-ġdid parti mit-triq.”

Huma jżidu, “L-aċċess tal-mina se jibqa’ miftuħ fuq korsija waħda fil-mina l-opposta. Jekk jogħġbok ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u segwi t-tabelli. Grazzi tal-koperazzjoni.”

Xerrdu l-aħbar ma’ min juża din il-mina ta’ spiss.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI