“Il-Mument Li Tlift Lil Nanti Wassalni Biex Nibda Nħares Lejn Il-Ħajja Minn Lenti Pożittiva” – Josline

L-eks kontestanta ta’ Big Brother Malta Josline Camilleri tistqarr li kien proprju l-mument meta tilfet lil nannitha, li hi kienet tqis bħala t-tieni omm tagħha, li wassalha sabiex tibda tħares lejn il-ħajja minn perspettiva iżjed pożittiva.

Mal-preżentatriċi bravissima Maria La Barokka waqt il-programm Kuxjenza, Josline emozzjonata tistqarr li għaddiet minn żmien diffiċli f’ħajjitha fejn fih kienet f’relazzjoni tossika u minħabba f’hekk ma baqgħetx tirrikonoxxi l-valur tagħha bħala persuna.

“Ma bqajtx narani sabiħa u ma bqajtx narani li niswa f’din id-dinja,” saħqet Josline li llum il-ġurnata, wara s-sehem tagħha fuq Big Brother Malta, hi magħrufa fuq il-midja soċjali għall-kontenut pożittiv u ferrieħi li tagħha.

Josline tistqarr li din il-bidla rnexxielha twettaqha bil-għajnuna ta’ dawk ta’ madwarha, b’mod speċjali lil oħtha li hi tfisser kellha rwol speċjali f’ħajjitha.



Kuxjenza jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Sibt fil-17:30.





Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat (Kuxjenza) u Big Brother Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI