“Ġieli Tgħidli: ‘Mami, Għalfejn Ma Nistax Nara?'” – Omm Iċ-Ċkejkna Catalaya Li Hi Nieqsa Mid-Dawl

Catalaya hi tifla ta’ 8 snin li minħaba kundizzjoni rari hi nieqsa mid-dawl. Għal bosta Maltin Catalaya mhijiex wiċċ ġdid hekk kif mhux l-ewwel darba li tkun proprju hi li tkanta l-innu ta’ pajjiżna qabel ma tibda xi partita futbol importanti għat-tim nazzjonali Malti.

Vanessa, omm iċ-ċkejkna, tfisser kif minkejja l-ostakli ibsin tal-ħajja li bintha Catalaya jkollha taffaċja b’mod regolari, madankollu, hi qatt ma taqta’ qalbha tant li dan l-aħħar saħansitra ġiet l-ewwel fil-klassi tagħha.



Iċ-ċkejkna Catalaya għandha wkoll karattru ferrieħi mmens iżda ommha tistqarr li mhux l-ewwel darba li bintha ssib ruħha taffaċja mumenti ta’ niket u frustrazzjoni fejn saħansitra tistaqsi lil ommha “għalfejn ma tistax tara”.



Catalaya mhijiex l-unika wild fil-familja li hi nieqsa mid-dawl t’għajnejha hekk kif anke oħtha Ivana tbati mill-istess kundizzjoni rari. Ommhom tfisser kif minħabba f’hekk hemm relazzjoni speċjali bejniethom u tispjega li Catalaya hi ħerqana ferm sabiex la oħtha tikber ftit snin oħra tgħallimha l-lingwa tal-brail.

The Malta Trust Foundation, li tant tgħin lil Catalaya sabiex tkun tista’ twettaq il-ħolm u l-ambizzjonijiet tagħha, se jkunu qed jagħmlu maratona ġbir ta’ fondi nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju.

Tistgħu tidħlu hawn sabiex issegwu l-istorja sħiħa ta’ Catalaya.

Ejjew nagħtu l-għajnuna tagħna!



Ritratti:

Facebook / Kattoliċi Maltin u The Malta Trust Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI