L-Unjoni Ewropea qed tesiġi li sal-2027 il-mowbajls u t-tablets kollha li jinbigħu fil-pajjiżi Ewropej ikollhom batterija li tista’ tinbidel mingħajr il-ħtieġa tal-ebda għodda professjonali.
L-għan ta’ din il-miżura hu li titnaqqas il-ħsara ambjentali hekk kif b’hekk il-prodotti tat-teknoloġija jibdew iservu iżjed u ma jintremewx daqstant malajr.
Bħalissa l-mowbajls u t-tablets qed jiġu manifatturati b’mod li sabiex il-batterija tagħhom tinbidel hu meħtieġ l-użu ta’ għodda apposta.
Pexels