Jagħtih Sorpriża Bil-Karozza Tal-Ħolm Tiegħu Wara Li Rnexxietlu Operazzjoni Kbira F’Qalbu

Żak hu tifel ta’ 4 snin li ftit ġimgħat ilu kellu jitla’ Londra sabiex jagħmel operazzjoni importanti f’qalbu. B’xorti tajba, din l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess u sabiex jiċċelebra The Briefcase Man ta sorpriża liċ-ċkejken bil-karozza tal-ħolm tiegħu.

F’filmat emozzjonanti li l-filantropista lokali tella’ fuq il-midja soċjali, iċ-ċkejken Żak jidher fis-seba’ sema hekk kif saħansitra kellu l-opportunità li jmur dawra bil-Lamborghini, il-karozza li tant hi għal qalbu.

Lejn l-aħħar tal-filmat, iċ-ċkejken jingħata wkoll sorpriża oħra bil-maskla tas-supereroj li tant iħobb u jammira.







Ritratti:

Instagram / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI