“Il-Paċi Biss Qaddisa!” – Il-Papa Jiddenunzja Lil Dawk Li Qed Jiġġustifikaw Il-Gwerra Bir-Reliġjon

Ftit sigħat ilu, il-Papa Ljun XIV iddenunzja lil dawk li qed jiġġustifikaw il-gwerra permezz tar-reliġjon u tenna li "l-paċi biss hija qaddisa".

Il-Kap tal-Knisja Kattolika wassal dan il-messaġġ lill-mexxejja ta' reliġjonijiet u kulturi differenti li llum inġabru f'Assisi. Billi matul dawn l-aħħar ġimgħat il-Papa saritlu operazzjoni, hu ma setax jattendi fiżikament din il-laqgħa u għalhekk wassal il-messaġġ tiegħu minflok permezz ta' filmat.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa Ljun XIV appella sabiex madwar id-dinja kulħadd jipprepara għall-paċi, minflok għal iżjed gwerer. "Il-gwerra qatt ma tista' sseħħ f'isem Alla," saħaq il-Kap tal-Knisja Kattolika, li spjega kif kull min iwettaq il-gwerer f'isem ir-reliġjon, ikun qiegħed fil-fatt jattakka lir-reliġjon Kristjan.

Il-Papa tenna dan il-messaġġ fi żmien ta' inċertezza globali, hekk kif sfortunatament għaddejjin bosta gwerer u kunflitti madwar id-dinja.

Ritratt:

Instagram / @pontifex

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI