Ilbieraħ il-plejer Ingliż Harry Kane ngħata l-premju tal-Ballon d'Or. Fost is-segwaċi tal-futbol, dan il-premju hu meqjus bħala wieħed prestiġjuż ferm hekk kif jingħata lil plejer wieħed kull sena bħala rikonoxximent tal-ħila straordinarja li jkun wera fl-isport.
Waħda mir-raġunijiet ewlenin li setgħet wasslet lil Harry Kane sabiex jirbaħ dan il-premju fl-età ta' 33 sena hija l-prestazzjoni tiegħu fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet li seħħet bejn Ġunju u Lulju li għadda.
Minkejja li t-tim Ingliż ma rnexxilux jikseb l-unur li jgħolli t-trofew tat-Tazza tad-Dinja, madankollu rnexxielu għall-ewwel darba wara bosta snin jgħaddi sas-semi-finali. Apparti minn hekk, Harry Kane kien strumentali f'diversi partiti li lagħab it-tim nazzjonali Ingliż matul il-kampjonat.
Plejers oħrajn li kienu qed jissemmew bħala rebbieħa potenzjali ta' dan il-premju għal din is-sena huma l-plejer Franċiż Kylian Mbappe kif ukoll il-plejer Spanjol Lamine Yamal.
Instagram / @harrykane u Facebook / Gary Al-Smith – Journalist