L-Istraws Tal-Karti Jagħmlu Iżjed Ħsara Lill-Ambjent Minn Dawk Tal-Plastik, Skont Studju Ġdid

Studju ġdid li sar riċentament fil-Korea t'Isfel sab li l-istraws tal-karti fil-fatt jagħmlu iżjed ħsara lill-ambjent minn dawk magħmula mill-plastik.

L-istudju qabbel l-impatt li ż-żewġ tipi ta' straws iħallu meta użati abbażi ta' 16-il aspett ambjentali differenti. Irriżulta li l-istraws tal-plastik iħallu l-inqas impatt ambjentali negattiv; fil-fatt, l-istudju sab li l-istraws tal-karti, f'ċerti aspetti ambjentali, jħalli sitt darbiet l-impatt ikkawżat mill-istraws tal-plastik.

Ir-riżultat ta' dan l-istudju ħareġ fl-isfond ta' dibattitu li ilu għaddej għal bosta snin dwar liema materjal jikkawża l-inqas detriment ambjentali.

Intom x'taħsbu dwar dan?

Sors: New York Post

Ritratt:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI