"Il-Pajjiż Evolva. Ġaħan Evolva Wkoll. U Fl-Istess Ħin Ma Tgħallem Xejn." – Teatru Malta Jħabbru L-Produzzjoni Ġaħan

Ġaħan, karattru marbut ma’ pajjiżna. Karattru li ħoloq Francis Ebejer. Karattru popolari li se jkun iċċelebrat bħala parti mill-100 sena mit-twelid ta’ Francis Ebejer.

Huma jiktbu, “Il-pajjiż evolva. Ġaħan evolva wkoll. U fl-istess ħin ma tgħallem xejn. Ħaddieħor jikxef il-borom u Ġaħan jaqla’ l-bibien. Kollox f’ġieħ il-verità. Platt kusksu f’xi Michelin Star issibu llum. L-imħabba? Infittxuha fuq xi Love Island. Mur għidlu l-Ebejer, x’taħwid hawn. Erġajna hawn, taħt il-Blat ta’ Bingemma.”

Il-produzzjoni se tittella’ bejn it-28 – 31 t’Awwissu ġo Forti Sant’Iermu. Produzzjoni li ċertament għandha tkun popolari u nistennew produzzjoni ta’ kwalità b’kast mill-aqwa li jinkludi lil Paul Portelli, Jacob Piccinino, Michela Farrugia, Rebecca Camilleri, Philppe Leone Ganado, Sandie von Brockdorff, Christian Sciluna, Charlotte Grech, Mario Micallef, Lee-N Abela u Steve Hili.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI