Il-Papa Jagħmel Like Fuq Ritratt Ta' Mudella Bi Ftit Ħwejjeġ Fuq Instagram – X'Ġara Eżatt?

Jidher li l-kont ta’ Instagram tal-Papa Franġisku ħalla like fuq ritratt ta’ mudella għalkemm aktarx il-probablità hi li l-kont mhux immexxi minnu. Skont rapporti u screenshot il-kont ta’ Instagram tal-Papa Franġisku deher li għoġbu r-ritratt imqanqal tal-mudella.

Il-kont tal-midja soċjali għandu madwar 7.2 miljun persuna jsegwuh. Jekk din l-iscreenshot hija leġittima, min imexxi l-kont ta’ Instagram x’aktarx għafas il-qalb biż-żball.

Il-mudella ta’ Instagram, Natalia Garibotto ndunat li l-kont @franciscus kien għoġbu ritratt tagħha f’ilbies qasir ħafna ta’ tifla tal-iskola. La darba dik l-aħbar saret magħrufa malajr infirxet fil-midja soċjali, iżda din sparixxiet b’mod misterjuż.

Facebook / NBS Television







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI