Il-Parents’ Days Għandhom Jibqgħu Jsiru Online – X’Taħsbu?

Jekk kien hawn ħafna negattivita mill-pandemija tal-Covid-19, nistgħu ngħidu li tgħallimna xi affarijiet li qabel rari kienu jsiru bħall-laqgħat online, xogħol mid-dar, u lezzjonijiet online, fost oħrajn.

Il-Parents’ Day tat-tfal ukoll kellhom isiru b’mod virtwali minħabba li kellha tinżamm id-distanza soċjali u l-kuntatt man-nies beda jiġi evitat.

Il-Malta Union Of Teachers (MUT) għamlet stħarriġ bejn l-għalliema, fejn 81% minnhom qablu li l-Parents’ Days għandhom jibqgħu jsiru b’mod virtwali.





Ħafna persuni, li nzertaw ukoll ġenituri, taw l-opinjoni tagħhom dwar dan. Kien hemm ġenituri li qablu u oħrajn li qalu li jippreferu jekk il-Parents’ Days isiru wiċċ imb’ wiċċ bħal qabel. Oħrajn faħru l-mod kif kienu organizzati dawn il-laqgħat virtwali mill-iskejjel fejn jattendu t-tfal tagħhom.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI