“Il-Parlament Ewropew Għadu Kemm Approva L-Liġi Li Nnegozjajt Favur Drittijiet Aktar B’saħħitom Meta Tivvjaġġaw” – L-MEP Alex Agius Saliba

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn rigward liġi ġdida li ġiet approvata.

Hu qal, “Kburi li b’35 vot favur u vot wieħed biss kontra il-Parlament Ewropew għadu kemm approva l-liġi li nnegozjajt favur drittijiet aktar b’saħħitom meta tivvjaġġaw. F’każijiet ta’ kanċellament tal-btala tiegħek minħabba raġunijiet li ma jkollkomx kontroll fuqhom issa ser tingħata pakkett aktar b’saħħtu ta’ drittijiet.”

Żied jgħid, “Voucher jew refund ta’ dak kollhu li tkun ħallast f’każ li tiġi kkanċellata l-btala tiegħek. Jiddeċiedi dejjem il-konsumatur. Risposta fi żmien 14-il jum. Insurance mandatorja mħallsa mill-kumapnija tal-ivjaggar li tkopri d-depożitu li tkun ħallast. Massimu tad-depożitu li jista jintalab qabel issiefer irregolat minn kull stat Membru.”





Facebook/Alex Agius Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI