Il-Pariri Tal-Maħbuba Tal-Preżentatur Gordon Bonello Ftit Sigħat Qabel L-Ewwel LIVE Show

Wara ħafna stennija llejla ser ikun hemm l-ewwel programm LIVE ta' Malta's Got Talent. Illejla jibdew is-Semi-Finali fejn ser naraw uħud mit-talenti li rajna diġà jagħmlu l-prestazzjoni unika tagħhom. M'għandniex xi ngħidu kulħadd ikun ftit eċitat għal-lejla. 

"Iva, ninsab eċitat ħafna. L-ewwel nett din hija l-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent, allura bla dubju tħoss piż tal-irwol" kien qalilna Gordon f'intervista li konna għamilnielu. 



Gordon diġà wera kemm hu preżentatur mill-aqwa imma llejla speċjali! Għalhekk il-maħbuba tiegħu Clara f'messaġġ mimli kuraġġ qaltlu, "La tkunx nervuż, tferfix, u tistressjax ruħek ħafna, toqgħodx tinkwieta żżejjed. Persważa li int ser tagħmel l-aqwa tiegħek. Awguri mill-qalb. Jien kburija bik". 

Kliem sabiħ bħal dan għandu jimlik bil-kuraġġ Gordon! Awguri għal-lejla, lilek u t-tim tal-produzzjoni kollu li ħadem bla waqfien din il-ġimgħa!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI