"Il-Preżenza U L-Assistenza Li Ngħatat Lil Raġel Vulnerabbli Kienu Eżemplari u Ta' Sapport Kbir" – Ringrazzjament Lill-Korp Tal-Pulizija

Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force ġie ppubblikat messaġġ ta’ ringrazzjament li ntbagħat lill-korp tal-Pulizija. Il-persuna tirringrazzja lil PC 68 Jeffrey Zammit u PC 413 Adrian De Brincat li għenu raġel fil-bżonn.

“Nixtieq nesprimi l-apprezzament sincier tieghi, f’ismi personali, ghal l-intervent efficjenti u professjonali tal-membri tal-Korp tal-Pulizija nhar il-Hadd, 8 ta’ Gunju 2025, f’lokalità Fontana, Ghawdex.”

Il-messaġġ ikompli, “Il-prezenza u l-assistenza li nghatat lil ragel vulnerabbli kienu ezemplari u ta’ sapport kbir. L-ufficjali prezenti – PC 68 Jeffrey Zammit u PC 413 Adrian De Brincat – wrew dedikazzioni, empatija u kompetenza li jixirqilhom rikonoxximent pubbliku.”

Il-persuna tħoss li ħafna drabi ġesti sbieħ bħal dawn ma jingħatawx rikonoxximent mistħoqq, u xtaqet tkun hi stess li xxerred il-kelma dwar din l-azzjoni sabiħa.

“Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjakom għall-ħidma kontinwa tagħkom għall-ġid tas-socjetà,” jagħlaq il-messaġġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI