Il-President Emeritu Edoardo Fenech Adami llum se jkun qed jiċċelebra s-87 sena tiegħu. Eddie, kif inhu magħruf aħjar mill-Maltin u l-Għawdxin, huwa politiku Malti li kellu parti kruċjali fil-politika f’diversi rwoli.
- Hu kien il-persuna li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-proċess ta’ applikazzjoni beda matul l-ewwel term tiegħu bħala Prim Ministru.
- Eddie għamel kampanja għal reviżjoni totali tal-infrastruttura fiżika fil-Gżejjer Maltin. Ħafna toroq ġew rikostruwiti u ajruport ġdid, impjanti tar-reverse osmosis, u power station inbnew waqt li hu kien qed imexxi lill-gżejjer tagħna.
- Hu wettaq negozjati u trattati ta’ paċi ma’ diversi pajjiżi.
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lill-Onor. Fenech Adami ġurnata mill-isbaħ f’għeluq sninu. Awguri mill-qalb.
Facebook/Eddie Fenech Adami