Nhar il-Ħadd 27 ta’Lulju wara nofsinhar, tħabbar li l-President Emeritus George Abela ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li hu flimkien ma’ martu kienu involuti f’inċident fil-Fgura.
Dan seħħ għall-ħabta tat-15:30 meta seħħ inċident head-on bejn żewġ karozzi fi Triq Hompesch, fil-Fgura. Illum waslet aħbar aktar pożittiva, hekk kif milli jidher il-President Emeritus u martu issa ħarġu mill-isptar.
Hekk kif ħarġu mill-isptar il-ġimgħa li għaddiet, issa “qed jirkupraw bil-mod id-dar”, jgħid kelliem għad-Dipartiment tal-Informazzjoni lis-sit Times of Malta.
Nixtiqulhom irkupru malajr!
Facebook/ George Abela – Tislima