Il-President Myriam Spiteri Debono Tagħti Rikonixximent Speċjali Lill-Ħidma Tal-Professjonisti Fi Żmien Il-Pandemija

Fuq il-paġna uffiċjali tal-President Myriam Spiteri Debono, inkiteb li l-E.T. Myriam Spiteri Debono tat rikonixximent speċjali lill-ħaddiema u professjonisti f'Malta.

Kitbu, “L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għal attività organizzata mill-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paul, b’rikonoxximent lil professjonisti u ħaddiema f’kull sfera illi f’dawn l-aħħar ħames snin irtiraw mix-xogħol bil-pensjoni.”

Żiedu jgħidu, “Dawn kien jistħoqqilhom rikonoxximent speċjali peress illi daħlu b’impenn u dedikazzjoni, 'lil hinn mid-dover, fi żmien il-pandemija tal-Covid-19. Meta ndirizzat lil dawk preżenti, il-President irrikonoxxiet il-ħidma tal-professjonisti kollha li jagħmlu ħilithom biex jassistu lill-anzjani u jagħmlu żgur li jgħixu l-kumplament ta’ ħajjithom bl-aħjar mod possibbli u b’dinjità.”

Nirringrazzjaw lil dawn il-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni tagħhom.

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI