Il-President Tal-Parlament Ewropew Qalet Lil Prim Ministru Tal-Italja Li L-Italja Mhux Ser Titħalla Weħedha Waqt It-Traġedja Umana Ġewwa Lampedusa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola żvelat mas-segwaċi tagħha li tkellmet mal-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni fejn tkellmu dwar il-kriżi li tinsab fiha bħalissa l-gżira ta’ Lampedusa. Riċentament, fil-gżira ta’ Lampedusa li fiha jgħixu madwar is-6000 ruħ, irduppjat il-popolazzjoni wara li daħlu madwar is-7000 immigrant.





Metsola kitbet fuq il-paġna tagħha fuq Facebook fejn qalet, “waqt li tkellimt mal-prim ministru tal-italja giorgia meloni, enfassizajt fuq il-fatt li l-italja mhix ser titħalla weħedha waqt din it-traġedja umana ġewwa Lampedusa.” Żiedet tgħid ukoll li, “l-imigrazzjoni hija sfida Ewropeja u teħtieġ ukoll rispons Ewropew. Irridu naffaċjaw din l-isfida flimkien.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI