“Wara Tmienja U Erbgħin Xahar Għadha Qed Tistenna Ġustizzja” – Gino Lombardi Jfakkar Il-Mara Ta’ Ħuh

Erba’ snin wara t-telfa traġika ta’ Marie Claire, Gino Lombardi fakkar il-memorja tal-għażiża mara ta’ ħuh permezz ta’ messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, fejn esprima n-niket li għadha ġġorr il-familja, kif ukoll ix-xewqa tagħhom li ssir ġustizzja. "Illum infakkru lil Marie Claire, il-mara li nsterqitilna kiesaħ u biered bħal-lum erba' snin... li wara tmienja u erbgħin xahar għadha qed tistenna ġustizzja," kiteb Gino.

Fil-messaġġ tiegħu, huwa saħaq li minkejja li għaddew erba’ snin minn din it-traġedja, il-memorja ta’ Marie Claire għadha ħajja fil-qlub ta’ dawk kollha li kienu jafuha u jħobbuha. "Ma tintesa qatt, la minn niesek, li tant inħobbuk u nħossu n-nuqqas tiegħek, u lanqas minn dawk li kienu jafuk. Strieħ fis-sliem ħanina," temm jgħid.

Kliem li jirrifletti l-uġigħ ta’ familja li għadha tħoss in-nuqqas kbir tagħha, filwaqt li tibqa’ tistenna li ssir ġustizzja. F’dan l-anniversarju ta’ niket, il-ħsibijiet tagħna jmorru mal-familja, il-qraba u l-ħbieb ta’ Marie Claire, li żgur jibqgħu jgħożżu l-memorji sbieħ tagħha għal dejjem.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI