Il-Prim Ministru Robert Abela Ħa Jkun Qed Jitkellem Dalwaqt… – X'Ħa Jħabbar?

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa jkun qed jagħti konferenza stampa għall-ħabta ta’ nofsinhar. Għalkemm mhux magħruf eżatt fuq xiex il-Prim Ministru ħa jkun qed jitkellem, ħafna qed jaħsbu li ħa jkun qed iħabbar il-miżuri l-ġodda għall-ġlieda kontra l-Covid-19, li mistennija jidħlu fis-seħħ dalwaqt.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru qal li dalwaqt ħa jkun qed iħabbar aktar miżuri relatati partikolarment mal-Karnival. Hija l-biża’ ta’ ħafna li f’dawn il-jiem, diversi nies ħa jiltaqgħu ma’ xulxin u b’hekk tiżdied il-firxa tal-virus. Wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-pajjiż ra żieda qawwija f’dak li huma każijiet.

Nistennew u naraw x’ħa jkun qed iħabbar fil-ħin li ġej.

Facebook / Robert Abela







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI