Il-Prim Ministru Robert Abela Jgħid Li Ħa Jitħabbaru Miżuri Ġodda Minħabba L-Covid-19

Robert Abela ħabbar li I-bars mhux ħa jinfetħu kif kien ippjanat nhar it-Tnejn, peress li r-regoli fis-seħħ għandhom jiġu estiżi għal darb’oħra bħala parti mill-isforzi biex titwaqqaf il-firxa tal-Covid-19 f’pajjiżna iżda hu eskluda wkoll l-illokkjar, il-curfew u l-għeluq tal-iskejjel bħala parti mill-miżuri l-ġodda.

Il-Prim Ministru qal ukoll li dalwaqt jitħabbru miżuri ġodda mmirati lejn il-ġimgħa tal-karnival, iżda ma tax aktar dettalji dwar x’jistgħu jkunu dawn il-miżuri. Ħafna jinsabu nkwetati li għalkemm il-karnival din is-sena mhux ħa jseħħ, diversi nies xorta ppjanaw li jiltaqgħu flimkien u jiddevertu.





L-istess ħaġa rajnieha fil-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, li wasslu għal żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Il-gvern qal li se jkun qed iħabbar pakketti ta’ għajnuna estiżi biex jgħinu lis-sidien tal-bars li kellhom iżommu n-negozju magħluq għal xhur sħaħ.

Abela sostna li jaqbel mal-pożizzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci “li bl-iskejjel miftuħa n-numru ta’ każijiet jonqsu.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI