Il-Produtturi Tal-Għarusa Se Jwasslu Sensiela Ġdida Minn Diċembru!

L-Għarusa din is-sena kien wieħed mill-aktar Dramas lokali li għamel suċċess. F’Settembru li għadda sirna nafu kif din is-sensiela spiċċat. Jidher li l-produtturi tal-Għarusa qed jaħdmu fuq sensiela ġdida mid-29 ta’ Diċembru.





Din ser tkun sensiela ta’ dokumentarji li se teħodna biex nesploraw uħud mill-isbaħ kollezzjonijiet privati fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Raymond Saliba ser ikun qed jipreżenta dan il-programm.



‘Il-kollezzjonist’ l-isem ta’ din is-sensiela se twassalna biex nifhmu aħjar il-polz ta’ kull minn iddedika ħajtu sabiex ftit ftit jibni l-kollezzjoni privata tiegħu, li tagħmel ġieħ mhux biss l-istorja ta’ pajjiżna iżda wkoll lil ħafna pajjiżi oħra madwar d-dinja. Il-kollezzjonisti li ser jidhru huma wħud mill-ikbar fl-Ewropa fl-oqsma rispettivi tagħhom.

Lil Justin wieħed mid-diretturi tal-kumpanija ‘Sharpshoot’ staqsejnieh jekk hux ser naraw xi ħaġa oħra kbira u dan weġibna “mija fil-mija”. Awguri Sharpshoot!

Sadanitant ‘Il-Kollezzjonist‘ mid-29 ta’ Diċembru, fis-18:30 fuq TVM!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI