"Il-Professjonaliżmu U R-Rispons Immedjat Tiegħu Kienu Ta’ Faraġ U Apprezzati Ħafna." – Persuna B'Ringrazzjament Għal Uffiċjali Tal-Pulizija

Wara li persuna kellha problema relatata mal-blokka fejn tgħix, staqsiet għall-għajnuna tal-pulizija. L-uffiċjal li tkellem mal-persuna għamel kull mhu possibbli biex jifhem u jagħti s-servizz b’mod dedikat.

“Din kienet l-ewwel darba li sejjaħt għall-pulizija tal-kommunitá, u kont verament impressjonata bir-rispons ta’ PC1464. Hu semagħni b’attenzjoni, immedjatament fehem is-sitwazzjoni, u spjegali b’mod ċar il-passi li rrid nieħu,” tikteb il-persuna.

Tkompli tispjega, “Il-professjonaliżmu u r-rispons immedjat tiegħu kienu ta’ faraġ u apprezzati ħafna.” Tfaħħar mhux biss l-attitudni tal-uffiċjal iżda anke s-servizz tal-pulizija tal-kommunitá.

Prosit kbira!





Facebook/ The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI