Il-Protezzjoni Ċivili Malta kellha missjoni erojka fejn salvaw kelb li waqa’ minn fuq irdum fil-Mellieħa.
“Il-Ġimgħa li għadda fil-Mellieħa, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta ssejħu biex jassistu fis-salvataġġ ta’ kelb li kien waqa’ minn fuq irdum,” kitbu fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ta’ Facebook.
“B’użu ta’ tekniki speċjalizzati ta’ aċċess bil-ħabel, il-pumpiera minn Fire Station 3 laħqu u rkupraw b’suċċess il-kelb mill-post prekarju. Grazzi għar-rispons rapidu u l-kompetenza teknika tat-tim ta’ salvataġġ, il-kelb reġa’ ngħaqad b’mod sigur ma’ sidu.”
Prosit kbira lill-protezzjoni Ċivili ta’ Malta.
Facebook / Civil Protection Malta