Il-Pulizija B'Aktar Spezzjonijiet Wara Ż-Żieda Qawwija Ta' Serq F'Pajjiżna

Is-sit Times of Malta jirrapporta żieda ta’ sorveljanza mill-Pulizija wara li l-ġimgħa li għaddiet sar għadd enormi ta’ serq f’residenzi privati . Is-sit irċieva anke ritratti li nqabdu bil-kameras waqt serqiet fid-djar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma mas-sit li bejn it-22 u t-28 ta’ Frar waslu ħames rapporti ta’ serq f’ħames lokalitajiet; is-Swieqi, il-Mosta, San Ġwann, in-Naxxar, u l-Mellieħa.

Ir-rapport tat-Times iżid li s-sena l-oħra Europol ħabbret li Malta hija fost l-aktar ħames pajjiżi milquta minn gruppi kriminali organizzati li jwettqu s-serq. Il-gruppi huma magħmula fil-biċċa l-kbira minn Kroati, Ġorġjani, Taljani u Rumeni.

Is-sit Times of Malta jżid li lura fis-sajf tal-2018, kien hemm sensiela ta’ serqiet f’residenzi privati minn organizzazzjoni kriminali. Tliet Ġorġjani ġew akkużati b’dawn ir-reati.



Daħlulhom



Facebook/ The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI