“Scout Hu L-Iktar Residenti Li Ilu Magħna, Rekord Li Ilna Ma Naraw Mis-Sena 2019” – MSPCA

L-MSPCA b’urġenza appellaw biex tinstab dar għal Scout, kelb li ilu magħhom għal żmien twil għaliex ħadd qatt ma applika għalih.

Fuq il-mezzi soċjali tagħhom kitbu, “Scout hu l-iktar residenti li ilu magħna, rekord li ilna ma naraw mis-sena 2019. Sfortunatament, il-ħajja fix-xelter qed tibda taffettwah u riċentament rajna bidliet fih li jikkonċernawna. Barra x-xelter, Scout hu kelb differenti u nemmnu li l-ambjent it-tajjeb jista’ jagħmillu differenza.”

Żiedu jgħidu, “B’urġenza nappellaw għal dar li se tkun tajba għal Scout. Hu jistħoqqlu dak iċ-ċans. Jekk tistgħu tgħinu lil Scout, ikkuntattjaw lill-MSPCA.”

Scout hu kelb il-ġmiel tiegħu, b’għajnejn kbar espressivi u qalb mimlija mħabba. Min lest li joffrilu post f’daru u ħajja mimlija mħabba?

Ritratt:

Facebook / MSPCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI