Il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Streteġiċi, Silvio Schembri, ppubblika filmat fejn faħħar l-ekonomija Maltija u l-wegħdiet li rnexxielhom iwettqu sa issa.
Hu qal, “30 xahar ilu kont wegħdtkom li kont mort it-Turkija u se nġibu investiment dirett barrani li joħloq green jobs ġewwa pajjiżna. Kien hemm min qalilna gimmick qabel l-elezzjoni tal-parlament Ewropew. Illum qegħdin hawnhekk f’dan l-impjant li qiegħed jaħdem u qed taraw b’għajnejkom li dak li nwiegħdu nwettquh.”
Żied jgħid, “Minkejja l-isfidi, bqajna ntukom l-aqwa ekonomija fl-Ue sabiex b’hekk, grazzi għal dan it-tkabbir, it-tnejn li aħna stajna nħabbru baġit ieħor b’saħħtu li jipproteġi lilkom u nwettqu wkoll il-wegħdiet li għamilna qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.”
Facebook / Silvio Schembri