Il-Qtugħ Tad-Dawl Li Seħħ Kien Riżultat Ta' Ħsarat F'Cables Tal-High Tension

L-Enemalta skużat ruħha għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq kaġun ta’ ħsarat li seħħew f’uħud mill-cables tal-‘high tension’ li jiffurmaw parti min-network ta’ distribuzzjoni.

Dan qalitu fi stqarrija fejn sostniet li l-ħaddiema tal-Enemalta kienu u għadhom għaddejjin bil-ħidma biex dawn il-ħsarat jissolvew fl-iqsar ħin possibbli.

“Enemalta ma teskludix li jkun hemm mumenti qosra ta’ nterruzzjoni f’ċerti lokalitajiet hekk kif ikunu qed jiġu ffinalizzati t- tiswijiet”, qalet l-istqarrija fuq facebook.





Fix-xhur tas-sajf, minħabba s-sħana straordinarja li tolqot lill-Gżejjer Maltin id-domanda għall-elettriku tkun ferm għolja.

Ta’ min napprezzaw ukoll il-ħidma tal-ħaddiema kollha fi ħdan l-Enemalta.

Ritratt: Facebook/ Enemalta pls



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI