Il-Ġurnata Taz-Zalzett Malti Se Tkun Iċċelebrata Bil-Kbir – Ara X'Ħa Jkun Qed Isir!

Il-Ministeru għall-Agrikoltura qed jistieden lil kulħadd għal lejla speċjali u unika f’qalb is-sajf, dedikata kompletament lil wieħed mill-aktar ingredjenti magħrufa u maħbuba fil-kċina tradizzjonali Maltija – iż-żalzett Malti.

Din l-attività se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Lulju, mill-20:00 ’il quddiem, fil-Biċċerija Pubblika fil-Marsa, fejn kull min jattendi se jingħata merħba b’għadd ta’ platti kreattivi u delizzjużi kollha ispirati miż-żalzett. Minn togħmiet klassiċi għal kombinazzjonijiet sorprendenti, il-lejla se tkun verament festa tal-gosti u l-kultura lokali.





Il-Ministeru jikteb, “Ingħaqad magħna għal esperjenza li żgur ma tinsiex. Se jkun hemm ikel ispirat miż-żalzett, f’atmosfera ħelwa, mużika live, u sorpriża li se tikser rekord li żgur ma tridx titlef!”

Il-festa mhux biss toffri ikel tajjeb u divertiment, iżda wkoll opportunità biex niċċelebraw il-wirt gastronomiku tagħna b’mod kreattiv. Id-dħul huwa kompletament b’xejn, u kull min jattendi se jkollu ċ-ċans jesperjenza riċetti mill-aqwa, preparati bi mħabba u passjoni għall-ikel Malti.

Titħajjar tattendi? Żgur li se tkun serata li tibqa’ tiftakar.



Facebook / Monique Il Gringu Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI