Lelio Spiteri jaqsam mument iebes minn fuq il-pjattaforma tiegħu fejn jgħid,
“Ilbieraħ kellna l-funeral ta’ Manuel, żagħżugħ minn raħalna li mar fejn il-Ħallieq hekk kiesaħ u biered kif ngħidu. Traġedja li ħasdet ħajjet dan il-ħabib tagħna. Il-familjari tiegħu urew ix-xewqa li nkun jien li naqra xi ħsibijiet tagħhom u r-ringrazzjamenti fi tmien iċ-ċelebrazzjoni. Aċċettajt għax lil Manuel kont nafu u fejn nista’, jien dejjem lest nagħti daqqa t’id. Il-quddiesa kienet sabiħa ħafna, imżejna b’kant li jedifikak u emozzjonijiet imħallta. Wasal il-ħin tat-tqarbin u wara r-rit u t-talb quddiem il-fdalijiet tal-persuna. Kien imiss lili li nitla’ fuq il-presbiterju. Qbadt il-mikrofonu, żammejt il-karti sodi f’idi u bdejt. Ma nafx x’ġara, imma f’daqqa waħda ħakmitni emozzjoni tant qawwija li bilkemm stajt inżomm il-karti f’idi. Il-vuċi bħal donnha bdiet tilgħab. Min kien fil-knisja jew segwa ċ-ċelebrazzjoni fuq il-paġna Facebook ta’ Radju Lauretana seta’ jintebaħ b’dan. Poġġejt il-karti fuq l-ambone, rassejt il-mikrofonu bejn idejja t-tnejn u komplejt naqra, kelma kelma, sentenza wara oħra. Qatt ma naf li ġrali hekk.”
Kompli aqra l-messaġġ li ħalla Lelio minn hawnekk.