Kull Milied, il-Caritas torganizza ikla fejn l-istedina tkun dejjem miftuħa għal dawk kollha li m’għandhomx ma’ min iqattgħu dan il-jum ta’ ferħ u għaqda. Din is-sena ma kinitx b’inqas!
Marica Cassar li għenet bis-sħiħ sabiex din l-ikla setgħet isseħħ tistqarr li lbieraħ tħalliet impressjonata b’kemm hawn nies li jbatu mis-solitudni. Dan hekk kif kienu mijiet li attendew għal din l-ikla.
Fost oħrajn Marica ssemmi li ltaqgħet ma’ anzjana li ftit żmien ilu tilfet lil żewġha wara 60 sena sħaħ tgħix miegħu. Minkejja l-weġgħa li din l-anzjana qed tħoss minħabba din il-firda, madankollu tagħmel li tista’ sabiex tkompli b’ħajjitha.
“Kultant din tagħmel sforz sabiex imqar tmur tisma’ quddiesa… sabet lil min jikkumenta li malajr nesietu lil żewġha,” ssemmi Marica.
Hi tisħaq li diskors bħal dan huwa forma ta’ preġudizzju li jkompli jżid mal-uġigħ li l-persuna tkun diġà qed tħoss u għalhekk tappella sabiex ħadd ma jiġġudika l-ħajja privata ta’ ħaddieħor.
Facebook / Maria La Barokka Muscat