Il-kantanta lokali Ira Losco tfakkar dehra ikonika b’libsa li ġġibilha tant memorji. Ira ħaditna lura fiż-żmien permezz ta’ ritratti minn photo shoot fl-2002.
F’din id-dehra, Ira tidher liebsa leopard catsuit ikonika, li kienet ġiet maħduma apposta għaliha minn Gloria u Ernest Camilleri.
Kienet l-istess libsa li libset meta kienet spiċċat fit-tielet post bil-kanzunetta One Step Away, fl-istess Malta Song li kienet rebħet b’7th Wonder.
"Bil-leopard catsuit ikonika li ġiet magħmula għalija... ilbistha meta ġejt fit-tielet post b’One Step Away, fl istess sena li rbaħt b’7th Wonder."
Fuq Facebook, Ira qasmet dawn ir-ritratti bħala “Throwback Thursday”, u ċertament li ġabulha ħafna memorji. Id-dehra mhux biss turi l-istil mill-isbaħ li minn dejjem kellha Ira, iżda tfakkar ukoll f’perjodu importanti fil-karriera mużikali tagħha.