Il-Ħadd 11 ta’ Ottubru se ssir bike ride b’risq DAR Bjorn u ALS Malta+, bi tluq fit-08:30 minn Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
L-avveniment qed jiġi organizzat wara x-xewqa ta’ Robert Bugeja, resident maħbub f'DAR Bjorn, li talab lil John Bundy jgħinu jorganizza din l-inizjattiva.
It-tnejn ingħaqdu ma’ oħrajn biex din ix-xewqa ssir realtà u l-bike ride ssir waħda mill-akbar inizjattivi ta’ dan it-tip f’Malta b’risq kawża importanti.
Dawk kollha li jirreġistraw se jirċievu pin kommemorattiv kif ukoll voucher ta’ €15, sponsorjat minn Cavett Place. Il-parteċipanti jistgħu jirreġistraw minn qabel HAWN jew dakinhar stess qabel it-tluq.
John Bundy jgħaddi messaġġ fuq il-paġna ta' Bjorn. "Dan ir-raġel qed jistenniek... aqbad il-mutur u ejja. Mhux għalija, għalih."