Il-kantanta lokali Marisa D’Amato tinsab fi triqitha lejn l-Istati Uniti biex tirrappreżenta lil Malta f’avveniment kbir tal-mużika country.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Marisa qalet li tinsab eċitata ħafna għal din l-esperjenza u li tħossha kburija u onorata li ġiet nominata bħala artista tal-mużika Country ġo festival prestiġjuż.
Fil-fatt Marisa hi waħda min-nominati ta' Texas Sounds International Country Music Awards Festival, li se jsir f’Marshall, Texas.
Marisa rringrazzjat lil Arts Council Malta u lil Visit Malta għall-appoġġ tagħhom matul din l-esperjenza. Hi qalet ukoll li għaliha huwa dejjem ta’ unur li tirrappreżenta lil pajjiżha u esprimiet it-tama li tagħmel lil Malta kburija.
Minn qalbna nawguraw lil Marisa kull suċċess f’din l-esperjenza! Kburin bit-talent lokali!