Raisa Ta’ My Trio Se Tingħaqad Ma’ Gianni Zammit Kull Nhar Ta’ Ħadd Għal Tliet Sigħat Ta’ Daħk U Divertiment

Aħbar sabiħa għal dawk li jħobbu jqattgħu l-Ħadd filgħodu jisimgħu daqsxejn ta’ divertiment! Ġie kkonfermat li Raisa se tkun qed tingħaqad ma’ Gianni Zammit kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10:00 ta’ filgħodu u s-13:00 ta’ waranofsinhar.

L-aħbar tħabbret permezz tal-midja soċjali, fejn ġie żvelat li t-tnejn se jkunu qed iqattgħu tliet sigħat flimkien, mimlijin diskussjonijiet spontanji, ċajt u ħafna daħk. “Issa uffiċjali! Raisa se tingħaqad ma’ Gianni kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10:00 u s-13:00,” intqal fil-messaġġ fuq il-paġna ta' Vibe.

Dawk li se jkunu qed isegwuhom jistgħu jistennew “tliet sigħat ta’ diskussjonijiet bla filtru u daħk bla waqfien,” hekk kif Raisa u Gianni jingħaqdu biex ikomplu jagħtu l-ħajja lil tmiem il-ġimgħa tas-semmiegħa tagħhom. Din il-kollaborazzjoni ġdida se tlaqqa’ flimkien il-personalitajiet ta’ Raisa u Gianni f’appuntament regolari ta’ kull ġimgħa, li żgur mistenni joffri diversi mumenti spontanji u divertenti.

Ritratti:

Facebook / VIBE FM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI