Illejla 6 Pajjiżi Ser Jagħżlu L-Kanzunetta Tagħhom Għal Eurovision, Fosthom L-Italja Permezz Ta’ San Remo

Illejla 6 pajjiżi ser ikunu qed jagħżlu l-kanzunetta li permezz tagħha ser jikkompetu fil-Eurovision tal-2026. Hekk kif nagħmlu l-Malta Eurovision Song Contest f’Jannar, bosta pajjiżi jkollhom il-verżjoni tagħhom ta’ kompetizzjoni nazzjonali. Illejla ser jagħżlu l-kanzunetta tagħhom in-Norveġja, l-Bulgarija, l-Ġermanja, l-Fillandja, l-Italja, kif ukoll s-Serbja. Għall-Fillandja u l-Italja r-rebbieħa jistgħu jagħżlu li ma jikkompetux fil-Eurovision, kif infatti ġara s-sena l-oħra fl-Italja.

Flimkien ma’ dawn is-serati finali, ġewwa l-Iżvezja u l-Portugall ser ikunu għaddejjin il-fażijiet tas-semifinali.

Żewġ kantanti li irrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision, Destiny u Miriana Conte, għandhom sehem f’żewġ kompetizzjonijiet. Destiny ser tkun waħda mill-ġurati fil-Ġermanja, filwaqt li Miriana Conte ser tkun waħda mill-mistiedna speċjali fil-Fillandja. Ilbieraħ Aidan kien mistieden speċjali ġewwa l-Litwanja.

Kemm hu sabiħ tara t-talent Malti jiġi apprezzat!







Ritratti:

Facebook/Vladeurovision

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI