Il-korp tal-Pulizija jfisser ħafna għall-komunità tagħna. Il-Pulizija huma eroj għas-soċjetà tagħna li jżommu l-ordni madwarna u joffru protezzjoni. Sfortunatament mhux dejjem jiġu apprezzati daqs kemm jistħoqqilhom.
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Impjiegi Byron Camilleri kiteb l-awgurju tiegħu għar-rekluta li ser ikunu qed jibdew il-karriera prezzjuża tagħhom ta’ Pulizija. “Illejla nilqgħu 36 rekluta fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Awguri!,” jikteb Byron.
Prosit mill-qalb! Nawgurawlhom għal dan il-vjaġġ li bdew.