Illum Għeluq Snin Din L-Attriċi!

Illum tagħlaq snina l-attriċi Sarah Camilleri, li hija magħrufa għal diversi produzzjonijiet kemm fit-teatru kif ukoll fuq it-televiżjoni.

Sarah studjat it-teatru ġewwa l-Irlanda u l-Ingilterra, u tat prestazzjonijiet ġewwa l-Ingilterra, Vjenna, Berlin u l-Italja. Għalkemm hija magħrufa l-aktar bħala attriċi, Sarah żifnet għal diversi snin u kkorjografat diversi musicals u kunċerti. Fost is-serje li ħadmet fihom Sarah insibu Division 7, Fattigi, Iċ-Ċaqqufa u Tereża.

Fil-lista ta’ proġetti passati nsibu wkoll diversi produzzjonijiet fuq il-palk, fostom Kristu Fi Strada Stretta, u Missierna Li X’Aktarx Inti Fis-Smewwiet, biex ma nsemmux it-3 films taċ-ċinema li Sarah ħadmet fihom.

Awguri Sarah!

Facebook / @sarah.camilleri.33

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI