“16-il Sena… L-Ewwel Bint Tiegħi, L-Ewwel Prinċipessa Tiegħi.” – Keith Panelli Jawgura Lil Bintu Sophie

Keith Panelli

F’messaġġ mimli mħabba u emozzjoni, Keith Panelli għadda fuq il-midja soċjali biex jiċċelebra għeluq is-16-il sena ta’ bintu Sophie.

Akkumpanjat minn ritratt tagħhom flimkien, Panelli kiteb kliem mill-qalb lil bintu, li jirreferi għaliha bħala “l-ewwel bint tiegħi, l-ewwel prinċipessa tiegħi u biċċa minn qalbi għal dejjem”. Il-messaġġ tiegħu juri r-rabta speċjali li għandu ma’ bintu u l-ferħ li jħoss hekk kif jaraha tikber.

Keith kompla jesprimi kemm iħobb lil Sophie, filwaqt li qalilha li l-imħabba tiegħu lejha hi akbar milli jistgħu jesprimu l-kliem.

Filwaqt li awguralha f'għelu is-16-il sena, huwa temm il-messaġġ tiegħu b’awgurju mimli mħabba lil f’dan il-jum speċjali. Flimkien mal-kliem sabiħ qasam ritratti li huma tifkira tal-mumenti prezzjużi li jgħaqqdu ġenitur ma’ bintu.

Awguri Sophie!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI