Ema Tingħaqad Ma’ Massimo U Juan Għal The Drive Vibe Fuq Vibe FM!

Il-kantanta Ema se tkun qed tidħol għal avventura ġdida hekk kif se tingħaqad ma’ Massimo u Juan biex flimkien jippreżentaw The Drive Vibe fuq Vibe FM. Il-programm se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-16:00 u s-19:00, proprju fil-ħin li ħafna jkunu fi triqthom lura d-dar wara ġurnata xogħol.

“Wara nofsinhar tiegħek għadu kemm sar ħafna aktar storbjuż. Massimo, Juan u Ema se jieħdu f’idejhom The Drive Vibe, kull nhar ta’ Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-16:00 u s-19:00. Isimgħuna għall-mużika, il-ġenn, il-gossip u dak kollu li għandek bżonn biex tgħaddi l-vjaġġ lura d-dar,” kitbu Vibe fuq il-midja soċjali.

Lil Ema żgur li ħafna jiftakruha mill-parteċipazzjonijiet tagħha fix-xena mużikali lokali. Hi kienet fost il-parteċipanti ta' X Factor flimkien ma' FAITH, rajniena imbagħad fil-finali tal-Malta Eurovision bil-kanzunetta Achikuku (Don’t Think About It), filwaqt li ħadet sehem ukoll f’Mużika Mużika bil-kanzunetta Ħsibijiet, flimkien ma’ Kapitlu Tlettax u Liston.

Ftit tal-ġimgħat ilu nediet il-kanzunetta Imħabba, li tirrakkonta l-istorja tagħha. Issa se nkunu qed naraw, jew aħjar nisimgħu, naħa oħra ta’ Ema hekk kif tingħaqad ma’ Massimo u Juan għal tliet sigħat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI