26 ta’ Ġunju 1997 – minn dakinhar beda jiġi ċċelebrat il-jum dinji kontra t-tortura. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq it-tipi differenti ta’ tortura li teżisti: fiżikali u mentali fost oħrajn.
Fl-istess ħin, l-għan tagħha huwa li turi sapport lejn il-vittmi tal-bullying u vjolenza domestika per eżempju, filwaqt li tistabilixxi li kull tip ta’ tortura hija att kriminali kontra l-umanità.
Bosta organizzazzjonijiet bħal Amnesty International u International Rehabilitation Council for Torture Victims jorganizzaw attivitajiet madwar id-dinja sabiex jitqajjem għarfien dwar dan is-suġġett, u titwaqqaf it-tortura fuq l-umani.
Jekk inti jew xi ħadd li taf għandu bżonn l-għajnuna, agħfas HAWN