“Illum Huwa L-Jum Dinji Taż-Żwiemel” – Il-Ministru Anton Refalo

Il-Ministru għall-Agrikultura u Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, kiteb messaġġ fuq il-paġna tiegħu fejn spjega x’għandna niċċelebraw fil-Jum Dinji Taż-Żwiemel għaliex din hi wkoll ġurnata ta’ għarfien u rispett lejn dawn l-annimali.

Hu kiteb, “Illum huwa l-Jum Dinji taż-Żwiemel. Ġurnata fejn infakkru li għandna nkomplu niċċelebraw, nipproteġu, u nirrispettaw dawn il-ħlejqiet tant majestużi.”

Ippubblika wkoll ritratt tiegħu mal-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela u l-mara tiegħu tiegħu Lydia Abela, fejn qegħdin jippużaw ma’ żiemel il-ġmiel tiegħu.

Nirringrazzjawhom talli qed iqajmu l’għarfien dwar dawn l-annimali innoċenti fil-jum dinji ddedikat għalihom. F’din il-ġurnata niftakru wkoll fis-santwarji li jieħdu ħsieb iż-żwiemel u li għandhom bżonn id-donazzjonijiet u l-appoġġ tagħna biex ikomplu jieħdu ħsieb iżjed annimali.





Facebook / Anton Refalo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI